Home 
 
Profile
 
Parliament
 
 Articles
 
Press Releases 
 
  Rural Affairs
 
Animal Welfare
 
Contact

 

Events:
Summer League

ECDL

Articles:
Hydrology
Chadwick Lakes
Animal Welfare


 

press releases                                                                                                                                               
 

 

23rd January 2008
 

GHARFIEN INTERNAZZJONALI GHAL MALTA

Ghal darba ohra, inizzjattivi sportivi jgibu gharfien tajbin ghal Malta.  Din id-darba, kien Karting Club (Malta), li segwa il-passi tal-Malta Rugby Union.  Dan il-klabb, irnexxilu jgib gharfien mill-magazin prominenti “VROOM INTERNATIONAL”.  Fl-edizzjoni ta’ Frar 2008, ser insibu artikli sostanjzali rigward KCM u l-kampjonati tieghu.

“VROOM INTERNATIONAL”, huwa l-iktar magazine prominenti fix-xena tal-Karting Mondjali, u jitqassam f’iktar min 20 pajjiz differenti, b’numru ta’ lingwi u jbiegh iktar minn 10,000,000 kopja kull xhar.  Dan l-artiklu ser igib mieghu gharfien enormi ghal pajjizna, u ser jiftah bibien godda ghat-turizmu, negozju u sport ghaliex ser iwassal ghal “Kuxxjenza Maltija” fost l-ammirraturi tal-isports tal-muturi mad-dinja kollha.

Dawn l-artikli regolari, li ser ikopru il-Kampjonat Oasis 2007/08 kollu, gew ikkoordinati mis-Segretarju Generali tal-Klabb, is-sur Keith Attard u s-sur Salvatore Murtas f’isem “VROOM INTERNATIONAL”.  L-ewwel zewgt itlielaq, jigifieri dawk li saru fl-10 ta’ Dicembru 2007 u fit-13 ta’ Jannar 2008 rispettivament, ser jidhru fl-edizzjoni ta’ Frar.

Il-President tal-Klabb, l-Onorevoli Noel Farrugia MP, sahaq li “dan huwa rikonoxximent kbir ghax-xoghol siewi tal-kumitat u l-membri tal-Karting Club (Malta), li hadmu mhux ftit biex igibu il-livell tal-Karting Malti ghal dak accettat minn pajjizi ohra.  Dan ir-rikonoxximent jista jwassal fil-futur, ghal xufieri kapaci Maltin, li jiehdu posthom max-xufiera barranin u jsuqu fost l-aqwa tad-dinja.  Dan zgur ser iwassal ghal-interess ghola f’Malta bhalha Centru Internazzjonali ghall-Isports tal-Muturi”.

Karting Club (Malta) kien varat f’Settembru tal-2007, bl-ghan ahhari li jgib il-quddiem il-livell tal-Karting ta’ pajjizna, u s’issa ir-rispons mill-membri u l-osservaturi barranin kien pozittiv hafna.

Il-ftehim li intlahaq bejn Karting Club (Malta) u “VROOM INTERNATIONAL”, huwa pass iehor il-quddiem u rebha kbira ghal Malta.

 

Mike Turner, Ufficjal Relazzjonijiet Pubblici, Karting Club (Malta)

 

 

 
 
 

 

Image:Flag of the United Kingdom.svg

 

 

Copyright © 2007 - 2008 Noel Farrugia.  All rights reserved.
Hosted by
1&1 Internet AG (http://1und1.de)