|
|
12th June 2007
L-Ilma - Patrimonju Nazzjonali
Noel Farrugia
Wirt storiku li thalla abbandunat
fil-gzejjer taghna huwa dak tas-sistema
idrologika. Wirt li zgur jinseg marka
mportanti ta' kif kibret u ghexet
ic-civilta` fil-gzejjer taghna. Tant li
llum wisq nitkellmu biex nirrestawraw
il-bini storiku (li huwa tajjeb), izda
ghajr biex nirrijabilitaw is-sistema
idrologika tal-gzejjer taghna.
Wirt storiku li kien il-bidu ta' kull
wirt storiku iehor ghaliex l-ilma fuq
kollox huwa l-bazi elementarja
tac-civiltajiet kollha li ghexu tul
is-sekli fil-Gzejjer Maltin. Dan
ghall-fatt prattiku li fejn ma hemmx
ilma ma hemmx hajja u, wisq aktar,
ambjent u, allura, storja.
Quddiem dan il-vojt kbir li Gvernijiet
Nazzjonalisti hallew tul dawn l-ahhar 20
sena, il-politika tal-Partit Laburista
ghall-qasam tal-Biedja u ta' l-Izvilupp
Rurali tahseb bil-kbir. Tant li fl-ewwel
100 jum ta' Gvern Laburista iehor,
jinghata bidu gdid ghall-Pjan Nazzjonali
Idrologiku. B'dan il-pjan ikun possibbli
li mill-gdid zoni fejn ikun hemm widien,
l-irdumijiet, l-irdieden/boreholes isiru
xoghlijiet mahsuba biex mill-gdid
jilqghu l-ilma gieri tax-xita.
B'dan il-pjan mhux biss inkunu qeghdin
mill-gdid nirrijabilitaw il-kampanja u
l-hamrija, li flimkien ma' hafna
mill-flora u l-fauna tkaxkret ma’
l-ilmijiet tax-xita lejn il-bahar tul
is-snin, imma noholqu mill-gdid access
ghall-oghla kwalita` ta’ l-ilma
ghat-tisqija.
B’hekk, il-hazna u l-kwalita` ta’ l-ilma
fil-gzejjer taghna tkun aktar
accessibbli ghat-tisqija ta’ l-ucuh
tar-raba’ u ghall-htigijiet tal-harsien
tal-pajsagg u tan-nazzjon taghna.
B’rizultat ta’ dan il-Pjan Nazzjonali,
jinzamm fil-gholi l-kwalita` ta’ l-ilma
naturali u l-harsien tal-kampanja jew,
kif jinghad illum, ta’ l-ambjent rurali
filwaqt li jkun possibbli li nassiguraw
provista ta’ ikel u hxejjex u frott
frisk, bnieni u naturali b' varjetajiet
adekwati skond id-domanda tal-konsum
tal-familji taghna u tat-turisti.
Tajjeb li nzid nghid li
b'dan il-pjan Gvern Laburista jkun
qed jahseb li jilqa’ ukoll
ghall-problemi li qed iggib maghha
l-bidla fil-klima. Huwa fatt li
kawza tal-bidla fil-klima qed iggib
maghha aktar nixfa, filwaqt li meta
tinzel ix-xita din tinzel aktar
bil-qliel. B'effett ta' dan, qed
jingema’ hafna aktar kwantita ta' ilma
li jirrikjedi aktar spazju u access
fejn imur ta' malajr. Dan ghaliex
inkella jgherreq ir-raba’ u t-toroq
taghna. U dan ghad-detriment li ssir
aktar hsara ambjentali bhall-qerda ta’
l-ucuh tar-raba’, flora, fauna,
biodiversita`, hamrija, hitan
tas-sejjieh, jekk mhux ukoll jigu
kawzati incidenti fatali.
Fl-ahharnett, nixtieq nichad
kategorikament il-qlajjiet li qed
ixerrdu certi nies li jixtiequ
d-deni lill-Partit Laburista.
Ghaldaqstant niddikjara li " Mhux
veru li Gvern Laburista iehor se
jaqbad u jaghlaq il-boreholes. Anzi
dan il-Pjan jahseb sabiex f'dawn
l-inhawi tal-kampanja fejn zviluppaw
il-boreholes isir aktar ilqugh
ghall-ilma tax-xita. B'hekk ikun hemm
aktar ilma taht l-art u
mill-boreholes/spiri l-bdiewa jtellghu
kwalita` ta' ilma bl-inqas livelli ta'
nitrati u salinita`. Frott ta' dan
il-mekkanizmu s-shelf-life tal-prodott
titwal kif ukoll pajjizna jkun aktar
konformi ma‘ l-obbligi tal-Politika ta’
l-Ilma ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan l-impenn jixhed kemm verament
il-Partit Laburista ghandu ghal
qalbu l-interess tal-gejjieni
tal-bdiewa, ir-rahhala u l-familji
taghhom.
|
|
|